Milan qed jikkunsidraw b’serjetà li jakkwistaw lil Thomas Partey. Il-midfielder mill-Ghana, li l-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal jintemm fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, jinsab f’kompetizzjoni bejn Milan u l-Fenerbahçe ta’ José Mourinho. Il-klabb ta’ via Aldo Rossi diġà beda diskussjonijiet ma’ Allegri, li jara lil Partey bħala rtokk perfett għal nofs il-grawnd. Fejn ġiet ipproposta offerta tajba.
Mill-banda l-oħra, Fenerbahçe qed jagħmlu pressjoni b’offerta oħra tajba, b’Mourinho li jinsab f’kuntatt dirett ma’ Partey.
Partey għandu 32 sena u lagħab ukoll ma’ Atletico Madrid, Mallorca u Almeria.