Wednesday, October 9, 2024

Milan jinsistu għal Fofana

Aqra wkoll

Milan qed ikomplu jinsistu sabiex jiksbu l-firma ta’ Youssouf Fofana mingħand AS Monaco. Dan il-plejer għandu 25 sena u qed jiġi segwit mid-diriġenti Milanisti li jridu jikkuntentaw lill-kowċ tagħhom Paulo Fonseca.

Ir-Rossoneri iżda jridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Manchester United li wkoll qed jarawh aktar mill-viċin.

Fofana ilu ma’ Monaco sa mis-sena 2020 fejn b’kollox skorja sitt gowls f’143 partita u hu kkunsidrat bħala plejer ideali f’nofs il-grawnd.

Sport