AC Milan qed jippersistu bit-tentattivi tagħhom li jakkwistaw lil Evan N’Dicka mingħand Eintracht Frankfur.
Ir-Rossoneri jinsabu fis-suq għal difensur ċentrali ġdid wara li tilfu lil Alessio Romagnoli fejn xeħtu wkoll l-interess tagħhom fuq Abdou Diallo ta’ Paris Saint-Germain u Japhet Tanganga ta’ Spurs.
Iżda player li jibqa’ marbut magħhom huwa N’Dicka. Min-naħa tal-club Ġermaniż huma qed jagħmlu minn kollox biex jeħilsu mill-player Franċiż hekk kif f’Ġunju li ġej jintemmlu l-kuntratt.
Infatti huma laħqu ftehim mal-club Taljan bis-somma nvoluta tkun dik ta’ €15-il miljun.
Iżda bħalissa t-trasferiment huwa mblukkat mill-aġent tal-player.