Monday, December 23, 2024

Milan qed jitkellmu ma’ Adama Traore

Aqra wkoll

Milan qed ikomplu jfittxu aġenti ħielsa u marru għall-winger internazzjonali Spanjol ta’ Wolves, Adama Traore.

Ir-Rossoneri, taħt il-gwida tal-kap tas-suq tat-trasferimenti Geoffrey Moncada, qed jaħdmu qatigħ fejn iffirmaw ftehim mal-aġent ħieles Daichi Kamada u ppreparaw biex ibiegħu lil Sandro Tonali lil Newcastle United għal madwar €80 miljun.

Dan l-istaġun ma tantx kien wieħed pożititv għal Milan wara s-suċċess tagħhom tal-Iscudetto 2021/22, iżda qed ifittxu li jiffirmaw ir-rinforzi t-tajbin dan is-sajf biex jgħinuhom jirritornaw fil-quċċata. 

Madankollu, id-deċiżjoni li jkeċċu lid-direttur tekniku, Paolo Maldini, aktar kmieni dan ix-xahar bidlet xi ftit il-pjani tagħhom.

Kif iddettaljat il-media Taljana, Milan fetħu taħditiet mal-aġent ta’ Traore, Jorge Mendes, biex jibdew jaħdmu fuq mossa possibbli għall-player ta’ 27 sena, li l-kuntratt tiegħu ma’ Wolves se jintemmlu għada l-Ġimgħa.

Il-coach Stefano Pioli diġà ffirma t-trasfe­riment, meta qiesu addattat għall-is­kwadra tiegħu. Roma huma interessati wkoll fl-Ispanjol, iżda l-ballun għandu jkun fuq in-naħa ta’ Milan.

Ekonomija

Sport