Monday, September 23, 2024

Milan se joffru kuntratt ġdid lil Mike Maignan

Aqra wkoll

AC Milan lesti li jagħtu kuntratt ġdid lill-goalkeeper Franċiż Mike Maignan. Bla dubju li dan l-element bejn il-lasti hu importanti għall-proġett futur tar-Rossoneri u se jippruvaw iġeddu l-ftehim miegħu sabiex inaffru xi klabbs oħra li jkunu jridu jakkwistawh.

Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2026 u bħalissa qed jaqla’ €3.2 miljun kull staġun. L-għan tal-Milanisti hu li dan is-salarju jiżdied għal €5.5 miljun kull staġun bil-goalkeeper ta’ 29 sena li ovvjament se jaċċetta dawn il-kundizzjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport