Sunday, December 22, 2024

Milan Skriniar jista’ jdum barra għal bosta ġimgħat

Aqra wkoll

Il-kundizzjoni fiżika tad-difensur Slovakk ta’ Inter, Milan Skriniar, għadha mhux ċara biżżejjed. Il-plejer tilef il-logħba tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League kontra Benfica u mistenni anke jitlef il-logħba ta’ ritorn li se tintlagħab fi Stadio San Siro. 

Jidher li Skriniar qed ibati minn uġigħ fix-xatka u għalissa t-tobba qalulu sabiex joqgħod lura milli jilgħab.

Differenti s-sitwazzjoni ta’ Hakan Calhanoglu li għal-logħba kontra ċ-champions Portugiżi mistenni jkun qiegħed fil-grawnd.

Ekonomija

Sport