Thursday, September 11, 2025

Milan Skriniar ma jiċħadx li xi darba jingħaqad ma’ AC Milan

Aqra wkoll

Id-difensur Slovakk ta’ 30 sena Milan Skriniar,, li bħalissa jilgħab ma’ Fenerbahçe, jinsab kuntent ħafna f’Istanbul. F’intervista ma’ sit elettroniku Taljan, huwa qal li minkejja li l-passat tiegħu hu marbut sew ma’ Inter, fil-futbol, qatt m’għandek tirrifjuta xejn fil-futur. Spjega li hu u l-aġent tiegħu qatt ma kellhom kuntatti AC Milan, iżda sostna li mhux se jiddejjaq li xi darba jista’ jingħaqad magħhom.

Sadanittant, Skriniar għandu erba’ snin ta’ kuntratt mal-klabb Tork, fejn qed igawdi l-appoġġ tal-partitarji u jerġa’ sab il-kontinwità fil-wirjiet tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport