Milan u Napoli dawru ħarsithom lejn il-midfielder ta’ Atalanta Teun Koopmeiners. Dan tal-aħħar hu plejer Olandiż ta’ 25 sena li qed jispikka mal-Bergamaschi tul dan l-istaġun. Sa minn meta ngħaqad magħhom fl-2021 hu lagħab 59 partita u skorja 11-il gowl.
Koopmeiners jiswa madwar €40 miljun, somma li kemm i Rossoneri kif ukoll i Partenopei lesti li jonfqu sabiex jakkwistaw il-firma tiegħu.
Koopmeiners lagħab 15-il partita mat-tim nazzjonali Olandiż u skorja gowl wieħed biss.