Wednesday, July 24, 2024

Milħuq ftehim dwar il-ħlas tas-suldati

Aqra wkoll

Wara li l-GWU tkellmet mal-amministrazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll mal-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi, irriżulta li kien hemm miżinterpretazzjoni dwar is-‘Sunday double rate of pay’ li dan qatt ma ġie diskuss fil-laqgħa li fiha ġiet deciża r-rata tal-ħlas tal-COVID allowance għas-sigħat żejda maħduma mis-suldati. Infatti, l-amministrazzjoni tal-FAM ikkunsidrat li tibqa’ tħallas is-‘Sunday double rate of pay’ bħama dejjem kienet tħallas qabel.

Il-GWU qalet fuq post fuq il-midja soċjali li lbieraħ saru diskussjonijiet dwar dan mal-amministrazzjoni tal-FAM u mal-Ministeru kkonċernat fejn intlaħaq ftehim u ġiet riżolta din il-miżinterpretazzjoni. Spjegat li dan se jkun ifisser li dawk kollha li se jaħdmu fil-Ħdud / Festi Pubbliċi se jirċievu ħlas doppju għas-sigħat maħduma bir-rata skont il-grad, kif ukoll se jitħallsu għas-sigħat żejda maħduma meta jaqbżu l-192 siegħa mifruxa fuq erba’ ġimgħat. Ir-rata tal-COVID allowance hi ta’ €11.50 għal kull siegħa żejda maħduma.

Il-GWU rringrazzjat lill-amministrazzjoni tal-FAM u lill-Ministeru għall-koperazzjoni li sabet biex setgħet tindirizza din il-miżinterpretazzjoni.

Irringrazzjat ukoll lill-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi l-Onorevoli, Byron Camilleri tal-interess li ħa fil-kwistjoni u talli laqqa’ lill-partijiet f’qasir ħin biex tinstab soluzzjoni.

https://www.inewsmalta.com/2020/05/l-amministrazzjoni-tal-armata-qed-tilghab-bin-numri-biex-is-suldati-ma-jibbenefikawx-mill-ftehim-miftiehem/
Ekonomija

Sport