Ir-Reġina se tkun qiegħda tirrifletti fuq it-tbatijiet li ġabet magħha l-pandemija aktar tard u dan hekk kif hi u d-Duka t’Edinburgh għażlu li jgawdu l-ġurnata ’l bogħod mill-familja.
Huma se jkunu qed jiċċelebraw dan il-Milied f’Windsor Castle minflok il-Milied tradizzjonali f’Sandringham. Normalment il-familja rjali jqattgħu l-ġurnata flimkien, iżda din is-sena mhux se jkunu qed iżuru lil xulxin minħabba r-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija.
Aktar tard ir-Reġina mistennija tagħmel id-diskors tagħha f’Jum il-Milied.