Monday, November 24, 2025

Milied speċjali fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Dan il-Milied, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħejjiet programm speċjali għal matul ix-xahar ta’ Diċembru kollu. 

Christmas in the Capital jinkludi d-dawl spettakolari tal-Milied fit-toroq ewlenin u fil-pjazez tal-Kapitali, is-Siġra tal-Milied fi Pjazza Ħelsien, il-Presepju tradizzjonali ħdejn il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, installazzjonijiet artistiċi tradizzjonali tal-Milied u numru ta’ attivitajiet tul Diċembru kollu.

Christmas in the Capital jiftaħ uffiċjalment għada, fil-5.30 p.m., b’ċerimonja speċjali li tinkludi kant ta’ innijiet tal-Milied permezz tal-Kor tat-tfal Centrestage bil-qofol jintlaħaq bil-mixegħla tad-dawl tal-Milied fit-toroq tal-kapitali. 

Imbagħad is-siġra tal-Milied li diġà tinsab f’postha se tkun mixgħula b’eluf ta’ bozoz kbar li se jagħtuha dehra maġika. Għalhekk, l-istedina tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta sabiex kulħadd, b’mod speċjali l-familji bit-tfal, jingħaqdu magħha għall-attività speċjali ta’ għada.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport