Il-midfielder offensiv Sergej Milinkovic-Savic, li Juventus ilhom isegwu għal ħafna żmien, ħabbar li se jibqa’ ma’ Al-Hilal fis-Saudi Pro League hekk kif ġie ffirmat kuntratt ġdid ta’ tliet snin.
Skont stqarrija uffiċjali tal-klabb, il-bord ta’ direzzjoni ta’ Al-Hilal, immexxi minn HH Prince Nawaf Bin Saad, ikkonferma li l-proċeduri biex iħaddnu l-kuntratt tal-plejer Serb għal żewġ staġuni addizzjonali sal-2028 kienu kompluti.
Milinkovic Savic għandu 30 sena u lagħab ukoll ma’ Vojvodina, Genk u Lazio.

