Friday, October 25, 2024

Militanti fis-Somalja jattakkaw lukanda mimlija nies

Aqra wkoll

Mill-inqas sitt persuni spiċċaw inqatlu u 10 oħrajn feruti hekk kif il-militanti ta’ al-Shabab attakkaw lukanda fil-kapitali Somalja – Mogadishu.

Il-Pulizija qalu li s-servizz tas-sigrutà kienu salvaw aktar minn 80 resident fil-lukanda wara “assedju” li dam għaddej aktar minn 6 sigħat.

Il-militanti qatlu mill-inqas 3 membri tas-servizz tas-sigurtà waqt li kienu qegħdin jipprovaw isalvaw kemm jista’ jkun persuni li nqabdu fil-lukanda. Il-kelliem għal pulizija qal li l-militanti kollha li wettqu dan l-attakk ġew maqtulin mill-forzi tas-sigrutà.

Il-lukanda li fiha seħħ l-attakk hi popolari ħafna ma’ uffiċjali tal-Gvern fejn fiha jsiru diversi laqgħat. Aktar minn hekk diplomatiċi barranin li jkunu fuq żjara fil-pajjiż il-biċċa l-kbira dejjem joqgħodu f’din il-lukanda.

Xhieda li kienu fuq il-post qalu li l-militanti tefgħu diversi bombi mal-entratura tal-lukanda u fi ftit ħin il-militanti assedjaw il-post.

Sport