Saturday, December 21, 2024

Mill-2017 ‘l hawn saru 435 żwieġ bejn persuni tal-istess sess

Aqra wkoll

Permezz tar-riforma li tat aktar libertajiet ċivili lill-Maltin, minn Settembru tal-2017 minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi taż-Żwieġ bejn koppji tal-istess sess ġew irreġistrati 435 żwieġ fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u Għawdex. Ma’ dawn wieħed jgħodd ukoll il-189 koppja tal-istess sess li daħlu f’unjoni ċivili matul dawn l-aħħar 10 snin. 

Il-Ministru Byron Camilleri ta dan it-tagħrif għall-mistoqsija parlamentari li kellu mid-Deputat Nazzjonalista Naomi Cachia.

Il-Ministru kompla qal li f’dan il-perjodu kien hemm 33 koppja tal-istess sess li daħlet f’unjoni ċivili barra minn Malta kif ukoll 97 koppja oħra li żżewġu barra minn Malta. Dawn ilkoll irreġistraw l-istatus tagħhom fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta.

Fl-istess perjodu t’10 snin kien hemm 222 persuna li biddlu uffiċjalment il-ġeneru u ċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom.

Ekonomija

Sport