Tuesday, February 24, 2026

Mill-2025 sa’ Frar tal-2026: Ġew identifikati 728 persuna minn pajjiżi terzi li ttieħdu proċeduri kontrihom

Aqra wkoll

Mis-sena 2025 sal-15 ta’ Frar 2026 saru  347 spezzjoni mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni, li filwaqt li l-maġġoranza assoluta ta’ dawk spezzjonati kienu konformi mal-liġi, ġew identifikati 728 persuna minn pajjiżi terzi li ttieħdu proċeduri kontrihom.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott. 

Il-Ministru Camilleri irrimarka li l-Pulizija tagħmel diversi spezzjonijiet minn uffiċjali tagħha u li ħafna drabi assistita minn uffiċjali ta’ aġenziji tal-infurzar oħra, f’dawn il-gżejjer. 

Spejga li fost dawn saru spezzjonijiet f’toroq u lokalitajiet oħra fejn kienu nvoluti uffiċjali mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni biex jidentifikaw persuni ta’ pajjiżi terzi li jkunu f’dawn il-gżejjer bi ksur tal-liġi u li jinkludi persuni li m’għandhomx dokumentazzjoni valida biex ikunu fil-pajjiż u li jinkludi minn jabbuża mis-schengen. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport