Sunday, December 22, 2024

Mill-21 ta’ Frar mistennija tonqos il-kwarantina tal-kuntatti primarji

Aqra wkoll

Fost rilaxx ta’ miżuri mħabbra mill-Ministru Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza aktar kmieni kompla jispjega li t-tir huwa li mill-21 ta’ Frar tiġi indirizzata wkoll il-kwarantina u l-mod ta’ kif din qiegħda sseħħ. 

Fearne qal li sal-lum persuni li ġew f’kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv iridu jagħmlu sebat ijiem kwarantina u mbagħad ikollhom bżonn ta’ test negattiv biex ikunu jistgħu joħorġu.

Ħabbar li mill-21 ta’ Frar, il-kwarantina f’dawn il-każijiet mistennija tonqos minn sebat ijiem għal ħamest ijiem anke minħabba li r-rata ta’ pożittività tal-kuntatti primarji nieżla b’ritmu tajjeb. 

Ekonomija

Sport