Ajruplan tal-Air India Express li kien qiegħed iġorr 191 passiġġier abbord f’titjira li telqet minn Dubaj tilef il-kontroll fir-runway waqt l-inżul fl-ajruport ta’ Calicut fl-Indja.
Fost minn tal-anqas 16 il-vittma jidher li fl-inċident tilef ħajtu wieħed mill-piloti tal-ajruplan. Fl-ewwel ritratti li qed jiċċirkolaw fil-midja jidher l-ajruplan li nqasam fi tnejn bil-fdalijiet tiegħu mxerrdin mar-runway. Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li hemm minn tal-anqas 40 passiġġier li ndarbu.
Jidher li l-inċident seħħ f’kundizzjonijiet ta’ temp li xejn ma għenu lill-piloti hekk kif l-ewwel rapporti qed jindikaw li kienet nieżla xita qawwija fiż-żona.
Din it-titjira kienet tagħmel parti minn numru ta’ titjiriet maħsubin li jġibu lura persuna li nqabdu f’pajjiżi oħra minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Minkejja li numru ta’ passiġġieri kellhom jittieħdu fi sptar minħabba ġrieħi li sofrew fortunatament l-ajruplan ma nħakimx minn nirien.