Saturday, December 21, 2024

Mill-anqas 42 vittma u għexieren rrapurtati nieqsa kawża ta’ għargħar fl-Ewropa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-anqas 42 persuna mietu fil-punent tal-Ġermanja u aktar persuni jinsabu neqsin wara għargħar sever.

Żoni bħalma huma l-istati ta’ Rhineland-Platinate u North Rhine-Westphalia kienu fost l-aktar milqutin b’ħafna mill-vetturi u saħansitra binjiet spiċċaw inġarru mill-ilmijiet.

Minn tal-anqas sitta oħra mietu fil-Belġju, bil-belt ta’ Liège tħeġġeġ lir-residenti kollha biex jevakwaw minnufih.

Dan wara li ħalbiet rekord ta’ xita ħakmu l-Ewropa tal-punent u numru ta’ xmajjar faru u kkawżar dan l-għargħar sever.

L-Olanda wkoll kienet milquta ħażin u l-ilmijiet tax-xmajjar kkawżaw ħsarat estensivi f’numru ta’ residenzi fil-provinċja ta’ Limburg. 

Ekonomija

Sport