Waqt li kien qiegħed jitkellem fuq programm televiżiv fuq l-istazzjon Nazzjonali, il-Professur Victor Grech qal li din mhijiex xi ħaġa ġdida li għandna bżonn li nieħdu booster dose.
Grech li huwa pedjatra responsabbli mit-tilqim tat-tfal spjega li “Jekk ir-riċerka li trid tieħu doża, oħra u booster wara sitt xhur, din mhijiex xi ħaġa ġdida”.
Grech qal li bħalma t-tilqim f’sitwazzjonijiet oħra bħalma huma t-tetnu jew il-Hepititis tittieħed id-doża imbagħad jittieħed il-booster, hekk ukoll turi x-xjenza fejn jidħol il-Covid-19.
Il-Professur qal li sa mill-bidu li beda jingħata t-tilqim, l-awtoritajiet tas-saħħa kienu qalu li probabbli kien se jkun hemm bżonn ta’ booster doses biex tissaħħaħ l-immunità.