Mill-bidu tal-leġiżlatura sal-aħħar ta’ Diċembru 2024, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika ħawlu 44,363 siġra u 49,147 arbuxell b’investiment totali ta’ €713,834.
Dan it-tagħrif tatu il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli fil-Parlament meta kienet qed twieġeb għall-mistoqsija parlamentari illi saritilha mid-Deputata Nazzjonalista Bernice Bonello.
Il-Ministru tal-Ambjent qalet li dawn apparti siġar u arbuxelli oħrajn li tħawlu minn entitajiet li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn. Spjegat li fil-każ ta’ Project Green, bħala parti mid-diversi proġetti li wettqet fis-sentejn li ilha mwaqqfa, l-aġenzija ħawlet 2,337 siġra u 6,447 arbuxell, b’investiment ta’ madwar €158,000.