Nirien li ħakkmu gym fl-Imrieħel għall-ħabta tas-12.45 p.m. ġew ikkontrollati minnufih hekk kif fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili.
L-inċident seħħ fi Triq in-Negozju u jidher li n-nar beda minn generator.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.