Saturday, December 21, 2024

Mill-Ħamis jingħalqu l-bars u l-każini u tiżdied il-multa għal minn jinqabad fi gruppi ta’ aktar minn sitta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-nhar il-Ħamis 29 ta’ Ottubru, il-bars u l-każini kollha għandhom jibqgħu magħluqin. Din l-miżura tibqa’ tgħodd sal-ewwel 1 ta’ Diċembru 2020 sal-ħin tas-6 a.m.

Dan filwaqt li l-isnack bars u l-gabbani jistgħu jibqgħu miftuħin, madanakollu ma jistgħux, fl-ebda istanza, jipprovdu, joffru jew ibigħu kwalunkwe tip ta’ xorb alkoħoliku lill-klijenti u għandhom jagħlqu bejn il-11pm u l-5am tal-għada filgħodu.

Min-nhar il-Ħamis ukoll, l-ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi grupp fi spazji pubbliċi se jonqos minn 10 persuni għal 6 persuni.

Dan ifisser li fi spażji  pubbliċi,  gruppi  ta’  aktar  minn  6 persuni huma projbiti inklużi fi kjus u fuq bus stops, sakemm ma tinżammx id-distanza soċjali ta’ żewġ metri bejniethom. Din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza. Il-multa għal min ma josservax din il-mizura ser tiżdied għal €200, iżda jekk il-penali tiġi mħallsa qabel ma jibdew il-proċeduri quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja, il-multa titnaqqas għal mitt euro €100.

Dawn il-miżuri qed jidħlu fis-seħħ wara konsultazzjoni mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika sabiex tkun limitata iżjed l-imxija ta’ COVID-19.

Ekonomija

Sport