Sunday, December 22, 2024

Mill-Ħamis se jibda x-xogħol biex jinbidel il-wiċċ tat-triq tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Mill-Ħamis filgħaxija, Infrastructure Malta se tibda x-xogħlijiet sabiex jinbidel il-wiċċ tat-triq tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid. Dawn ix-xogħlijiet għandhom idumu tliet ġimgħat u fejn hu possibbli se jsiru matul il-lejl sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent. 

Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett fuq il-midja soċjali, fejn stqarr li ilu ħafna jisma’, u bir-raġun, dwar il-ħsarat li hemm f’din it-triq. 

Huwa qal li dan huwa biss l-ewwel pass. Fil-fatt bħalissa għaddejja ħidma sabiex isiru d-disinji u l-pjanti neċessarji biex il-Pjazza tingħata l-wiċċ li jixirqilha. “Irridu pjazza komda, aċċessibbli u sabiħa,” qal il-Ministru Bonett. 

Huwa radd ħajr lis-Sindku ta’ Raħal Ġdid, is-Sur Dominic Grima, tal-appoġġ li sab fih kemm ilu Ministru responsabbli mill-infrastruttura u talli qed ikun spalla ma’ spalla miegħu fuq il-proġetti kollha ta’ Raħal Ġdid. 

Ekonomija

Sport