“Fejn hu dak il-ħaruf?” Dan li jiġini f’moħħi meta tibda tara l-ikliet reklamati għal Milied. Anki meta tisma’ n-nies jitkellmu ta’ x’se tkun l-ikla tal-Milied, malajr tinduna li l-ħaruf naqqas mill-popolarita tiegħu. Flok daħal id-dundjan, ovvjament drawwa Ingliża.
Għall-Milied, il-familji Maltin jinġabru u jippreparaw ikel ftit jew wisq differenti mis-soltu. Fl-imgħoddi, kien ikun hemm l-imqarrun il-forn, il-pastizzi u l-qassatat u l-qagħaq tal-għasel. Popolari kienu ukoll il-qastan, l-imbuljuta (xarba magħmula mill-qastan), u l-ixkumvat (qisu spagetti moqli u miksi biz-zokkor). Illum l-iktar ikla popolari tal-Milied hija d-dundjan jew serduk il-forn u l-pudina tal-Milied.
Ix-xarba tal-imbuljuta tista’ tgħid li hi xarba Maltija. Din kienet l-aktar tiġi offruta wara l-quddies ta’ nofs il-lejl, fejn il-familji kienu jirritornaw id-dar wara l-quddies u f’dak il-lelj ta’ ksieħ kienu jissaħħnu b’kikkra imbuljuta. Il-kokkodina, il-qastan, l-imsiefer tal-qronfol, iz-zokk tal-kannella u l-qoxra tal-mandolina huma l-ingredjenti prinċipali. Għaliex m’għandniex indaħħluha aktar f’okkażjonijiet tal-Milied. Qegħdin jidhru bosta avviżi għal diversi attivitajiet u meta tara dak offrut, l-imbuljuta ma ssibhiex; anzi tiġi offrut xarbiet oħrajn li tradizzjonalment ssibhom f’pajjiżi oħrajn.
U fl-aħħar, kelma dwar l-ikel Malti fil-Milied. Tradizzjonalment, il-mara tad-dar Maltija kienet iżżomm l-ikbar u l-isbaħ ħasi, għall-ikla tal-familja fil-Milied. Mixwi fil-forn tar-raħal b’taħlita ta’ patata u ħxejjex, dan il-platt bnin tat-tajr lokali kien mistenni minn kulħadd. Ħelu tradizzjonali servut fi żmien il-Milied kien jikkonsisti f’anelli tal-għasel iswed magħruf bħala qagħaq tal-għasel”, u qastan sħun jew soppa tal-kawkaw magħrufa bħala imbuljuta tal-Qastan, li kienet u għadha tiġi servuta bħala xarba sħuna ta’ filgħaxija fil-ġranet kiesħa ta’ Diċembru.
Illum il-menù tradizzjonali Malti jinkludi wkoll numru ta’ influwenzi barranin bħalma huma d-dundjan, il-kejkijiet u l-pudini tal-Milied. Ħafna minn dawn huma wirt tal-179 sena ta’ ħakma Ingliża (1800-1979) f’Malta.
Ġeneralment il-platt prinċipali tal-ikla f’Jum il-Milied jikkonsisti mid-dundjan, tradizzjoni Ingliża marbuta mal-Milied li baqgħet magħna. Id-dundjan għandu post ċentrali mhux biss fl-ikla tal-Milied ġewwa l-Ingliterra, iżda wkoll f’dawk il-pajjiżi li kienu Kolonja Ingliża, bhalna il Maltin u l-Għawdxin…