Mill-inqas 13-il persuna ndarbu wara li ntlaqtu minn tiri ta’ arma tan-nar fi New York.
L-attakk seħħ fl-istazzjon tal-metro ta’ Sunset Park fi New York, waqt li l-istazzjon kien mimli b’persuni li kienu qegħdin jivjaġġaw mill-istess stazzjon.
Skont rapporti fil-midja internazzjonali, fil-metro nstab materjal splussiv li ma ħax. Irrappurtat ukoll li s-suspettat aggressur kien liebes bħall-ħaddiema tal-istazzjon u li kellu wkoll maskra kontra l-gass.
Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għar-raġel li allegatament wettaq dan l-attakk. Xhieda fuq il-post tal-inċident qalu li raw lir-raġel jixħet splussiv, jispara fuq il-folla u jaħrab minnufih minn qalb il-konfużjoni.
Fuq il-post, bħala prekawzjoni, waslu membri mill-iskwadra ta’ kontra t-terroriżmu kif ukoll ingħalqu l-iskejjel kollha fl-akwati.