Sunday, December 22, 2024

Mill-inqas 13 imutu u oħrajn midrubin anke serjament fi splużjoni f’impjant fl-Indoneżja

Aqra wkoll

Splużjoni f’impjant tan-nikil fil-gżira ta’ Sulawesi fl-Indoneżja kkaġunat il-mewt ta’ mill-inqas 13-il ħaddiem, b’għexieren oħrajn jispiċċaw midrubin.

Tmienja mill-vittmi kienu Indoneżjani u ħamsa Ċiniżi.

Skont investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li waqt xogħol ta’ tiswija fuq forn, likwidu li jaqbad ikkawża splużjoni f’tankijiet tal-ossiġnu fil-qrib.

L-Indoneżja hija l-aqwa produttur fid-dinja tan-nikil, li jintuża fil-batteriji tal-karozzi elettriċi u l-istainless steel.

kelliem għall-Indonesia Morowali Industrial Park (IMIP) qal li splużjoni inizjali kkawżat diversi splużjonijiet oħra peress li kien hemm ħafna tankijiet tal-ossiġnu oħra fil-qrib. IMIP hija intrapriża ffukata fuq in-nikil, proprjetà ta’ kumpanija Ċiniża, li tipproduċi azzar li ma jissaddadx u azzar tal-karbonju.

Il-kumpanija qalet li se tkopri l-ispejjeż tat-trattament għall-vittmi hekk kif ħaddiem li ra l-isplużjoni qal li ra lil sħabu jispiċċaw jinħarqu fin-nirien li tkebbsu.

L-aġent kap tad-distrett ta’ Morowali, Rachmansyah Ismail, qal lill-midja lokali li kważi nofs il-midruba kienu ħaddiema barranin, u mill-inqas 17 minnhom weġġgħu serjament.

Ekonomija

Sport