Friday, December 27, 2024

Mill-inqas 19-il persuna jmutu wara li ġġarraf ajruplan fl-Afrika

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 19-il persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan tal-passiġġieri ġġarraf fix-xmara Victoria waqt li prova jinżel f’Bukoba.

26 passiġġier minn fost l-43 li kien hemm abbord ġew salvati minnufih u ntbagħtu għall-kura fi sptar. Iż-żewġ piloti irnexxielhom isalvaw u saħansitra laħqu kkomunikaw ma’ uffiċjali fil-cockpit dwar dak li kien seħħ. Madanakollu l-Prim Ministru tal-pajjiż qiegħed jgħid li mhux eskluż li huma fost il-vittmi ta’ din it-traġedja. Uffiċjali tas-salvataġġ u xi sajjieda komplew bit-tfittxija tagħhom għal dawk li baqgħu maqbudin fit-tiġrif.

Wieħed mill-persuni li kien qiegħed jistenna r-ritorn tal-ajruplan len l-ikbar belt fit-Tanzanija meta f’ħin minnhom rah nieżel fix-xmara. Huwa spjega dwar il-kaos li qam hekk kif persuni li kienu qegħdin jassistu għal dik ix-xena bdew jirreaġixxu b’emozzjonijiet varjati, b’min jibki, min iwerżaq u oħrajn jagħjtu.

L-ewwel persuni li taw l-għajnuna kienu xi sajjieda li kienu viċin. Huma rnexxielhom jidħlu fl-ajruplan u jgħinu xi nies joħorġu wara li xi ħadd mill-istaff abbord l-ajruplan irnexxielu jiftaħ il-bieba ta’ wara waqt li l-ajruplan kien fl-ilma.

Il-kawża ta’ l-inċident jidher li kienet problema fil-viżibbiltà kkawżata minn maltemp, iżda l-operazzjoni tas-salvataġġ setgħet titkompla wara li waqfet ix-xita.

Bħala parti mill-operazzjoni, l-uffiċjali involuti użaw ħbula biex jiġbdu l-ajruplan tat-tip ATR-42 eqreb lejn ix-xatt u b’hekk parti minnu ttellgħet f’wiċċ l-ilma.

Il-President Samia Suluhu Hassan esprima l-kondoljanzi tiegħu lil dawk affettwati u talab għall-kalma sakemm tkompli l-operazzjoni.

Precision Air hija l-ikbar linja tal-ajru privata fil-pajjiż u parti minnha hija amministrata minn Kenya Airways. Din il-linja tal-ajru twaqqfet fl-1993 u topera fuq titjiriet kemm domestiċi kif ukoll dawk reġjonali.

Ekonomija

Sport