Monday, November 11, 2024

Mill-inqas 29 immigrant imutu ‘l barra mill-kosta tat-Tuneżija

Aqra wkoll

Mill-inqas 20 immigrant spiċċaw mietu hekk kif żewġ dgħajjes li kienu fuqhom għerqu ‘l barra mill-kosta tat-Tuneżija. Iż-żewġ dgħajjes kienu qegħdin jivjaġġaw b’mod separat, u għerqu ftit tal-ħin wara xulxin.

Skont dak li qed jiġi rraportat fil-midja internazzjonali, l-immigranti kienu telqu mit-Tuneżija bit-tama li jidħlu b’mod illegali l-Italja hekk kif kien jidher li setgħu jagħmlu l-vjaġġ minħabba li l-baħar kien xi ftit jew wisq kalm.

F’dawn l-aħħar ġranet, il-midja Tuneżina rrapportat li mill-inqas għerqu ħames dgħajjes oħrajn u l-persuni li kienu fuqhom kollha mietu.Il-Gvern Tuneżin qal li kien beda kampanja kontra immigranti Afrikani li kienu qegħdin jidħlu fil-pajjiż b’mod klandestin biex b’hekk ikomplu l-vjaġġ lejn l-Ewropea. Minħabba dawn il-miżuri drastiċi, mijiet kbar ta’ immigranti li kienu jinsabu t-Tuneżija bdew jitilqu bil-konsegwenza li ħafna minnhom qed imutu.

Intant, fil-gżira ta’ Lampesuda, fl-aħħar 24 siegħa daħlu aktar minn 2,500 immigrant irregolari. Dan in-numru mistenni li jkompli jogħla fil-ġranet li ġejjin hekk kif it-temp beda jkun bnazzi.

Sport