Minn tal-anqas 30 persuna mietu fi splużjoni u nar f’pompa tal-petrol f’Dagestan fin-naħa t’isfel tar-Russja.
L-isplużjoni seħħet għall-ħabta tal-9:40 p.m (ħin lokali), fil-kapitali reġjonali, Makhachkala, li tinsab fuq il-kosta tal-baħar Kaspju.
S’issa għadu mhux magħruf x’seta’ kkawża l-inċident li ħalla aktar minn 100 persuna oħra midrubin. Filmati u ritratti juru nar kbir jixgħel is-sema bil-lejl u numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar fuq il-post.
Mal-260 ħaddiem tas-salvataġġ intbgħatu jassistu filwaqt li ntuża wkoll ajruplan sabiex jevakwa lil dawk li ndarbu serjament.