Minn tal-inqas 30 persuna mietu u mal-50 oħra ndarbu meta ferrovija ħarġet mil-linji fin-naħa ta’ isfel tal-Pakistan.
Dawk midruba ttieħdu minnufih fi sparijiet fil-qrib filwaqt li ħaddiema tas-salvataġġ kienu impenjati f’ħidma biex joħorġu aktar nies li kienu għadhom maqbuda ġewwa.
Il-Ministru responsabbli minn dan il-qasam Saad Rafid qal li mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li l-ferrovija kienet għaddejja b’veloċità normali u li kienu qed jippruvaw jistabbilixxu x’wassal eżatt biex din toħroġ ‘il barra mil-linji.
Ġie rrapportat ukoll li minn tal-inqas tmien vaguni ħarġu mill-binarji f’dan l-inċident. Barra minn hekk, kienu ddikjarati emerġenzi fl-isptarijiet prinċipali ta’ Nawabshah u dawk fid-distrett ta’ Sindh.
Fl-2021, ħabtu żewġ ferroviji li kienu qed jivvjaġġaw fil-provinċju ta’ Sindh, bil-konsegwenza li mietu 40 persuna u ndarbu għexieren ta’ persuni oħra. Skont rapporti fil-midja lokali, bejn l-2013 u l-2019 kien hemm 150 persuna li mietu f’inċidenti simili.