Mill-inqas 300 dar inqerdu għal kollox u persuna tilfet ħajjitha hekk kif nirien kbar ħakmu partijiet mill-Awstralja.
L-Istat ta’ Victoria ddikjara stat ta’ emerġenza hekk kif in-nirien baqgħu jinfirxu minkejja li kien hemm mill-inqas 70 ajruplan u mijiet kbar ta’ pumpiera jiġġieldu n-nirien.
“Se nkunu qegħdin naraw in-nar li jkompli jinfirex fil-ħin li ġej. Is-sitwazzjoni mistennija tmur għal agħar… Bħalissa qegħdin naħdmu bis-sħiħ biex in-nirien ma jimxux lejn aktar djar għax hekk jiġri hekk allura jista’ jkun hemm imwiet,” qal uffiċjal għoli tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tal-istat ta’ Victoria.
Tyrone Rice li jaħdem bħala pumpier qal li s-sitazzjoni s’issa għadha mhix taħt kontroll. Qal li d-dar tiegħu hija waħda minn dawk li nqerdu fin-nirien u s’issa ma jistax jaċċetta l-fatt li hu stess ma rnexxilux jikkontrolla n-nirien milli jeqirdu daru.



