Mill-inqas 36 persuna tilfu ħajjithom wara li blokok ta’ appartamenti spiċċaw ħuġġieġa nara fid-distrett ta’ Tai Po f’Hong Kong.
L-awtoritajiet qegħdin jgħidu li fihom kien hemm 4,600 resident u s’issa għad hemm 279 persuna li għadhom ma nstabux.
B’kollox f’din l-operazzjoni tat-tifi tan-nar hemm aktar minn 700 pumpier u biex jintefa n-nar kollu mistenni li jieħu sigħat twal ħafna.
Fost dawk li ġew salvati kien hemm tarbija u anzjana li nħarġu min-nirien, iżda sfortunatament ħaddiem tat-tifi tan-nar tilef ħajtu wara li nqabad fuq ġewwa tal-bini.


