Fl-aħħar sigħat, f’kamp tar-refuġjati fir-Reġjun tat-Tramuntana Tigray, fl-Etjopja, kienu maqtulin 56 u minn tal-inqas midrubin 30 f’attakk mill-ajru.
Il-Gvern Etjopjan ċaħad li qatel ċittadini Etjopjani matul il-gwerra ċivili li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 14-il xahar bejn il-militar tal-Istat u l-militanti f’Tigray.
Il-kamp li fuqu sar dan l-attakk iżomm numru kbir ta’ nisa anzjani u tfal. Qed ikun irrappurtat ukoll li qabel dan l-attakk, f’attakk ieħor inqatlu 146 persuna u kienu midrubin 213 persuna oħra.