Monday, August 4, 2025

Mill-inqas 70 immigrant jgħerqu hekk kif id-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet

Aqra wkoll

Mill-inqas 68 immigrant tilfu ħajjithom hekk kif id-dgħajsa li kienu fuqha ‘l barra mill-kosta tal-Jemen inqalbet minħabba maltemp li kien hemm. Skont l-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li abbord id-dgħajsa kien hemm 157 persuna.

Il-Kap tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Immigranti waqt li kien qiegħed jitkellem mal-midja internazzjonali qal li 68 persuna tilfu ħajjithom, 12-il persuna ġew salvati, iżda l-oħrajn s’issa għadhom ma nstabux. Jidher li l-immigranti kienu kollha mill-Etijopja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport