Friday, November 22, 2024

Mill-inqas 70 persuna jinqatlu f’żewġ attakki fi rħula fin-Niger

Aqra wkoll

Mill-inqas 70 persuna ċivili nqatlu f’attakki simultanji f’żewġ irħula minn militanti Iżlamiċi fin-Niger, viċin il-fruntiera mal-Mali.

Madwar 49 persuna nqatlu u 17 oħrajn indarbu fir-raħal ta’ Tchombangou, filwaqt li madwar 30 persuna oħrajn inqatlu fir-raħal ta’ Zaroumdareye.

Din mhux l-ewwel darba li l-pajjiż li jinsab fil-Punent tal-Afrika sofra attakki minn militanti Iżlamiċi li għandhom konnessjonijiet ma’ al Qaeda u l-Istat Iżlamiku. Is-sena li għaddiet mijiet ta’ peruni nqatlu f’attakki viċin il-fruntiera mal-Mali u l-Burkina Faso, u fi rħula mal-fruntiera man-Niġerja fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija kkundanna l-attakki, li ġew deskritti bħla terroristiċi.

Sport