Mill-inqas 81 persuna tilfu ħajjithom f’Texas fl-Istati Uniti u aktar minn 40 persuna oħra għadhom irraportati neqsin kważa ta’ għargħar li ħakem diversi nħawi.
Fost il-vittmi hemm 28 tifel u tifla li kienu jinsab f’kamp organizzat mill-iskola. Minn dawn l-istudenti baqa’ mill-inqas għaxart itfal irraportati neqsin kif ukoll għalliema.
Rapporti tat-temp qegħdin ibassru li fi 48 siegħa li ġejjin mistennija aktar maltempati fejn is-sitwazzjon mistennija tmur aktar għal agħar.