Mill-inqas erba’ persuni tilfu ħajjtihom filwaqt li ħafna oħrajn għadhom irraportati nieqsa wara li bastiment spiċċa għerqet f’Bali.
Kien għall-ħabta tal-11.20pm (ħin lokali) meta bastiment li fuqu kien hemm 53 passiġġier u 12-il membru tal-ekwipaġġ deher niżel taħt l-ilma waqt il-vjaġġ li kien qiegħed jagħmel minn Banyuwangi lejn Bali.
Il-Ħaddiema tas-Salvataġġ mill-ewwel bdew operazzjoni biex isalvaw kemm jista’ jkun persuni. Skont il-midja internazzjonali s’issa ġew salvati 29 persuna u aktar ma jgħaddi l-ħin aktar qed tiżdied il-biża’ li l-persuni rraportati neqsin issa tilfu ħajjithom ukoll.
L-awtoritajiet qalu li l-kaptan kien għamel sejħa għall-għajnuna ftit minuti qabel mal-bastiment beda niżel taħt l-ilma. Hu kien qal li għandu problemi fil-magni u għalhekk ma setax ikompli l-vjaġġ tiegħu lejn Bali.
Dwar dan il-każ infetħet investigazzjoni filwaqt li qraba tal-persuni li s’issa għadhom irraportati neqsin qegħdin jitolbu lill-awtoritajiet biex jingħataw aktar informazzjoni.