Mill-Kampanja ‘MPs for Puttinu’, il-kampanja li għamlu l-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, inġabru 3,700 ewro.
Dan tħabbar mill-Whip tal-Gvern Andy Ellul li flimkien mal-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar dalgħodu ppreżentaw ċekk lil Puttinu Cares.
Din l-inizzjattiva ġiet imnebbħa mill-mibki, eks deputat Robert Arrigo u matul il-kampanja ġew organizzati numru t’attivitajiet fosthom logħba futbol.