Liverpool qed isegwu l-progress tad-difensur xellugi Milos Kerkez. Dan il-plejer għad għandu biss 21 sena u kapaċi jilgħab ukoll bħala winger fid-dipartiment difensiv. Bħalissa hu jilgħab ma’ Bournemouth fejn qed jispikka ferm matul dan l-istaġun. B’kollox hu lagħab 55 logħba magħhom u skorja żewġ gowls. Hu sar membru regolari mat-tim nazzjonali Ungeriż hekk kif deher 21 darba.