F’post li xerred fuq il-midja soċjali, Adrian Delia ressaq l-ilment ta’ wħud mill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom is-St. Rita Childcare Centre li jinsab fi Triq Dun Karm Birkirkara.
Delia fisser kif dawn il-ġenituri jinsabu urtati minħabba skart li qed jintrema bl-addoċċ minn “ġirien li ġew Malta”. Huwa jispjega li dan il-ħmieġ li qed isir ta’ kuljum qed iwassal biex jattira l-ġrieden f’dawn l-inħawi.
Għaldaqstant Delia jsostni li “Min iżur pajjiżna għandu juri rispett, inkella għandhom jittieħdu passi immedjati”.