Bħalissa l-Pulizija tinsab għaddejja b’investigazzjoni dwar attentat ta’ ħruq fi Triq Salvu Borg, fis-Siġġiewi. Iddikjara dan is-Sindku tas-Siġġiewi stess, Dominic Grech, f’messaġġ li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook fl-aħħar sigħat.
F’filmat li ċċirkola fuq il-midja soċjali, jidher xi ħruq viċin tal-bring-in-sites.
“Min jrid jagħmel il-ħsara u l-vendikazzjoni, ikollu jħallas għal għemilu u għad-danni kkawżati,” saħaq is-Sindku.