Ħarġet aktar informazzjoni dwar il-fajls ta’ Epstein, li fihom jissemmew diversi mill-aktar persuni sinjuri u influwenti fid-dinja.
Elon Musk: Isem Elon Musk jidher fil-fajls hekk kif dokumenti jsemmu emails li allegatament intbagħtu bejn il-biljunarju u Epstein, inklużi pjanijiet ta’ vjaġġar, alavolja Musk dejjem sostna li qatt ma żar il-gżira privata ta’ Epstein.
Bill Gates: Żewġ emails datati 18 ta’ Lulju 2013 jidhru bħallikieku ġew abbozzati minn Epstein. Għadu mhux ċar jekk dawn l-emails humiex awtentiċi jew jekk intbagħtux lil Bill Gates.
Donald Trump: Il-President Trump jissemma diversi drabi fil-fajls. Dawn ir-referenzi jinkludu lista miġbura mill-FBI s-sena l-oħra wara allegazzjonijiet magħmula kontrih.
Andrew Mountbatten-Windsor: Ritratti li allegatament juru lil Andrew Mountbatten-Windsor għarkopptejh u fuq idejh fuq mara mimduda mal-art ġew inklużi fl-aħħar rilaxx tad-dokumenti.
Richard Branson: Bħal Donald Trump, isem Branson jidher diversi drabi fil-fajls. F’iskambju ta’ emails fl-2013, Epstein jirringrazzja lil Branson għall-ospitalità reċenti u pariri dwar relazzjonijiet pubbliċi. Branson wieġeb: “Kull darba li tkun fl-inħawi nixtieq narak — basta ġġib miegħek il-harem tiegħek!”
Sarah Ferguson: L-eks mart ta’ Andrew Mountbatten-Windsor tidher li tissemma f’diversi emails, inklużi meta Epstein kien għadu taħt arrest fid-dar.
Lord Mandelson: Epstein allegatament għamel pagamenti ta’ $75,000 lil kontijiet assoċjati ma’ Lord Mandelson.
Steve Bannon: Il-fajls isemmu messaġġi bejn Epstein u Steve Bannon, bl-aktar riċenti bejn l-2018 u l-2019.
Miroslav Lajčák: Il-fajls jinkludu messaġġi. bejn it-tnej f’Ottubru 2018, meta Lajčák kien qed iservi bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin tas-Slovakkja. Epstein jidher li kien qed jiddiskuti kemm diplomazija kif ukoll tfajliet.
Howard Lutnick: Is-Segretarju tal-Kummerċ tal-Istati Uniti allegatament ħa lill-familja tiegħu jżuru l-gżira ta’ Epstein fl-2012. Dan jikkontradixxi stqarrijiet preċedenti li hu u Epstein kienu qatgħu r-relazzjonijiet snin qabel.
Larry Summers: Eks Segretarju tat-Teżor taħt il-President Bill Clinton u eks President tal-Universita ta’ Harvard. Ismu jidher f’referenzi għal laqgħat u ikliet ma’ Epstein.
Steve Tisch: Ko-sid tat-tim New York Giants, jidher fid-dokumenti jistaqsi dwar mara li kien iltaqa’ magħha fid-dar ta’ Epstein.
Brett Ratner: Id-direttur tad-dokumentarju ġdid dwar l-Ewwel Mara Melania Trump jidher f’fajls rilaxxati reċentement, inkluż ritratt fejn jidher ma’ mara żagħżugħa.
Peter Attia: Influencer u kontributur ta’ CBS News li bagħat diversi emails lill-Epstein.
Casey Wasserman: Iċ-Chairman tal-Logħob Olimpiku ta’ Los Angeles 2028 allegatament bagħat emails flirtjużi lil Ghislaine Maxwell, li ilha l-ħabs minn Lulju 2020.
Sergey Brin: Ko-fundatur ta’ Google u wieħed mill-aktar sinjuri fid-dinja. Huwa allegat li żar il-gżira ta’ Epstein u għamel arranġamenti biex jiekol miegħu fir-residenza ta’ New York.
Noam Chomsky: Jidher fiż-żewġ fajls ta’ Epstein. L-aħħar dokumenti jissuġġerixxu li Chomsky offra pariri dwar kif jiġi ttrattat il-midja dwar l-allegazzjonijiet kontra Epstein.
Brad Karp: Irrenja mir-rwol ta’ chairman tiegħu wara li l-aħħar rilaxx wera numru ta’ emails bejnu u Epstein.
Bill Clinton: L-ewwel rilaxx ta’ dokumenti juri diversi ritratti li jinkludu lill-eks President.
Deepak Chopra: Il-fajls jidhru li juru komunikazzjoni bejn Epstein u Chopra snin wara l-kundanna ta’ Epstein fl-2008.
Lex Warner: Biljunarju ta’ 88 sena fis-settur tar-retail li kellu ħbiberija fit-tul ma’ Epstein u jissemma f’numru ta’ fajls.
Minkejja li dawn l-ismijiet jissemmew fid-dokumenti, s’issa ma ġiex ikkonfermat li dawn l-individwi qed jiffaċċjaw problemi legali.

