Wednesday, May 7, 2025

Min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol, irid kull ħin liberu li jkollu, jilgħab bil-ballun – Terence Vella

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol kienet minn dejjem. Ta’ etá żgħira ħafna minn dejem niġri bil-ballun.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Swieqi United FC.

Mas-Swieqi kienet esperjenza sabiħa avolja mort f’nofs l-istaġun, il-plejers u l-istaff għamluni nħossni milqugħ ħafna.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda, fejn għal ftit ma ksibtux il-promozzjoni għall-Malta Premier?

Matul l-istaġun li għadda, kellna ftit nuqqas ta’ esperjenza avolja t-tim kien b’saħħtu tattikament u teknikament.

U fuq l-eks kowċ ta’ Swieqi United FC, Pablo Doffo?

Fuq il-kowċ Pablo Doffo m’għandi xejn ħazin xi ngħid. Naf kif jaħdem u naf kemm hu professjonali u jidħol fid-dettall fuq xogħlu. Ħdimt kemm-il darba miegħu.

Kif tqis il-livell taċ-Challenge League fil-preżent?

Il-livell taċ-Challenge League huwa għoli. Kull tim kapaċi jagħtik logħba. 

U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-grawnds li nilagħbu fihom huma tajbin peró dawk li nittrenjaw fihom għalija personali m’humiex ta’ livell ta’ Challenge League. Sfortunatament, is-sitwazzjoni hi dik li hi fuq il-grawnds li nittrenjaw fihom.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Fil-futur nispera li jkolli esperjenzi sbieħ iktar milli koroh!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Nixtieq ngħaddi messaġġ għal min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol, biex kull ħin liberu li jkollhom jilagħbu bil-ballun. Jien meta kont iżgħar ħlief ballun ma kontx nara, immur fejn immur niġri bil-ballun!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport