Il-Partit Nazzjonalista mhux biss irid ireġġa’ l-arloġġ lura fl-ippjanar imma issa saħansitra ma jridx diskussjoni u ħareġ kontra konsultazzjoni biex minn dak li qed iressaq il-Gvern nagħmlu l-aqwa riforma possibbli fis-settur.
Il-Partit Nazzjonalista hekk magħmul. Moħħu biss biex iħassar u jisma’ lilu nnifsu. Xejn ġdid. Dan huwa l-istess partit li lanqas diskussjoni bejn iż-żewġ kontestanti għall-kariga ta’ Kap ma ħalla ssir.
Il-working-group maħtur mill-Prim Ministru Robert Abela mhux biss se jgħarbel u janalizza s-sottomissjonijiet favur riforma fl-ippjanar aktar sensibbli u responsabbli imma fuq kollox se jiltaqa’ ma’ stakeholders fis-settur.
Gvern Laburista, kif dejjem kien, jibqa’ miftuħ għall-ħsibijiet u mbagħad jimplimenta riforma sensibbli u responsabbli li tindirizza realtajiet u ma tħallihomx taħt it-tapit.
Dan billi ġġib bidla li tassigura iktar dixxiplina, ċarezza u ċertezza favur kull min japplika għal permess u kull min joġġezjona għal permess.
Din hija paġna ġdida li se tinfetaħ f’pajjiżna fil-qasam tal-ippjanar. Paġna ġdida li se jġibha Gvern Laburista għall-ġid tal-Maltin.