Monday, January 19, 2026

Min mhux se jibgħat lit-tfal għada skola se jkun skużat

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jinnota it-twissijiet minħabba r-riħ u l-maltemp, li qed jippersisti fuq pajjiżna f’dawn il-jiem, kif ukoll l-avviż mill-Gozo Channel li jistgħu jitħassru xi vjaġġi jew jiġi sospiż is-servizz bejn il-gżejjer.

Minħabba din is-sitwazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni javża li minħabba n-numru sostanzjali ta’ edukaturi Għawdxin f’dawn l-iskejjel, għada it-Tlieta 20 ta’ Jannar l-Iskola Primarja tal-Mellieħa, l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar u l-Iskola Primarja tal-Qawra se jinżammu magħluqin u għalhekk il-ġenituri/kustodja tal-istudenti li jattendu f’dawn l-iskejjel qed ikunu mgħarrfa biex iżommu lil uliedhom id-dar.

L-iskejjel l-oħrajn madwar il-pajjiż se jkunu miftuħin b’mod normali u fil-ħinijiet normali tagħhom. Madankollu dawk il-ġenituri/kustodja li jħossu li minħabba l-maltemp għandhom iżommu lil uliedhom id-dar, dawn l-istudenti għall-jum ta’ għada biss se jkunu meqjusa bħala skużati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport