Tuesday, October 14, 2025

Min se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Rangers?

Aqra wkoll

L-eks stilla ta’ Manchester United, Michael Carrick, jidher li jinsab fuq il-lista biex jieħu t-tmexxija ta’ Glasgow Rangers wara li Steven Gerrard, iddeċieda li jirtira mit-tiġrija biex jissostitwixxi lil Russell Martin fil-klabb Skoċċiż.

Issa li l-kapitlu ta’ Gerrard intemm, il-gazzetti Ingliżi qed jirrappurtaw li l-uffiċjali ta’ Rangers bdew jikkunsidraw għażliet oħra, fosthom il-kowċ ta’ Ipswich Town, Kieran McKenna, filwaqt li l-head coach ta’ Sheffield Wednesday, Danny Rohl, qed jitqies ukoll mid-direttur sportiv Kevin Thelwell, is-CEO Patrick Stewart u Gretar Steinsson ta’ 49ers Enterprises.

Madankollu, l-isem li spikka l-aktar huwa dak tal-leġġenda ta’ United, Michael Carrick, li bħalissa jinsab bla impjieg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport