Thursday, January 29, 2026

MIND THE GAP – flimkien naħdmu biex negħlbu d-diskrepanza fil-pagi bejn is-sessi (gender pay gap)

Aqra wkoll

Bħala parti mill-proġett li qiegħda tieħu sehem attiv fih il-General Workers’ Union – “Mind the Gap – joint actions of workers’ organizations for bridging the gender pay gap (GPG), it-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa tellgħet workshop ieħor, ikkordinat mis-Segretarju Kendrick Bondin, immexxi minn Dr Yana Mintoff u Dr Mary Grace Vella, ir-riċerkaturi li ħadmu fuq id-dokument ta’ riċerka f’Malta. 

Matulu ġew ippreżentati r-riżultati tar-riċerka li saret dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn is-sessi f’Malta kif ukoll dwar il-leġislazzjoni l-ġdida dwar it-trasparenza fil-pagi, indikatur importanti rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi, li se tidħol fis-seħħ f’Ġunju li ġej. 

Min jixtieq taċċessa s-sejbiet jista’ jidħol fuq: https://gwu.org.mt/en/mind-the-gap/

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport