Sunday, January 18, 2026

“Minflok awsterità, investejna fin-nies. U meta temmen fin-nies, in-nies temmen fik”- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Din hija waħda mill-mistoqsija li staqsejna lil Prim Ministru Robert Abela waqt intervista:

Prim Ministru llum is-sentiment li jinħass huwa li l-poplu fil-maġġoranza tiegħu – dan joħroġ anke mis-surveys – jemmen li l-Partit Laburista joffri l-aqwa soluzzjoni għal sfidi li jkollu quddiemu l-pajjiż. X’taħseb li qiegħed iwassal għal dan? Wara sitt snin fil-kariga, fejn tħoss li biddilt il-pajjiż u fejn tħoss li tixtieq tasal aktar? 

Ingawdu l-fiduċja tal-poplu għax dejjem konna Gvern għan-nies. Minflok awsterità, investejna fin-nies. U meta temmen fin-nies, in-nies temmen fik.  Barra minn hekk dejjem bqajna forza dinamika. Ġibna bosta bidliet b’miżuri li sa ftit tas-snin ilu l-pajjiż ma kienx joħlom fosthom stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija, żewġ tax cuts konsekuttivi, żidiet fil-pensjoni tant li llum il-pensjoni minima laħqet dik massima fi żmien Gvern Nazzjonalista. Imma xorta nemmen li fadal li inġibu aktar bidliet. 

Għaddejna minn bosta sfidi fosthom il-pandemija li ma kellna l-ebda manwal għaliha, żewġ gwerer, kriżi fis-settur tal-enerġija u l-isfida internazzjonali tal-inflazzjoni. Issa qegħdin ikomplu jfeġġu sfidi ġeo-politiċi li rridu nkomplu nkunu ffukati biex pajjiżna jibqa joħloq u jgawdi l-ġid. L-enfasi tibqa fuq l-ekonomija, għax dik biss tħallina nkomplu nġibu bidliet soċjali. Fl-istess ħin irridu nibqgħu forza progressiva u li taħdem għas-sewwa. Insemmi pereżempju l-appoġġ għall-familji – mill-investiment fl-IVF, għal leave aħjar għall-ġenituri għat-tneħħija tal-income tax fuq dejjem aktar familji. Imbagħad, fuq livelli oħra, irrid nara pajjiżna jagħmel il-qabża li jmiss fil-kwalità. Qed nirreferi wkoll għal proġetti li bihom irridu rridu ngħollu l-kwalità fosthom insemmi r-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Dan minbarra l-Malta Vision 2050, li jien nemmen se tkun l-akbar bidla li ra pajjiżna mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport