Monday, November 4, 2024

“Minflok jaħli l-ħin ipoġġi l-barrikati quddiem il-parlament ikun aħjar li l-Kummissarju jarresta ’l-korrotti”

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kompla fejn ħalla fl-attività politika tal-Ħadd u nfexx f’attakk fuq il-Prim Ministru u l-Kummissarju tal-Pulizija. 

Grech saħaq li l-Kummissarju għandu jaħli inqas ħin ipoġġi l-barrikati quddiem il-parlament u minflok jibgħat mal-20 pulizija quddiem id-Dar Ċentrali għax ħaseb li se jinqala l-inkwiet ikun aħjar li jibgħathom jarrestaw lill-korrotti.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li konxju li mhumiex puri, iżda żgur li mhumiex frodisti u kriminali. 

Kompla biex qal li kien jistenna li Abela jitlob apoloġija lill-poplu Malti u Għawdxi wara s-sentenza mogħtija mill-Qorti. Sostna li l-Oppożizzjoni għandha fiduċja fil-Maltin u li jemmen li dawn kapaċi jmexxu l-Isptarijiet.

Tkellem dwar ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali li ilhom li ħarġu u li l-Prim Ministru kellu jieqaf jiddefendi dak il-kuntratt li hu sejjaħ bħala kuntratt.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li għalkemm Abela qiegħed jgħid li Steward mhux se jieħdu l-€100 miljun, huwa biss bis-saħħa tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia li se jkunu qegħdin jitwaqqfu milli jiġri hekk.

“Wara li ħela ħames snin, il-Prim Ministru se jipprova jiffranka ħamest ijiem”, saħaq Grech filwaqt li qal li l-Qorti qiegħda trodd lura l-Isptarijiet lill-poplu u mhux se jkun il-Prim Ministru li jagħmel dan.

Sport