“Minflok toħroġ il-mobile u tiġbed ir-ritratti u l-filmati jkun aħjar tipprova tagħmel xi ħaġa ta’ ġid. Bl-ebda mod m’jien inxerred ir-ritratt għal-likes iżda biex nirringrazzja lil dawk kollha li kienu utli”. Hekk kitbet tgħid Marilyn Baldacchino Gatt filwaqt li qasmet l-esperjenza ta’ kif aktar kmieni f’ħidma kollettiva salvaw ponija li kienet maħruba fis-Central Link limiti tal-Imrieħel.
“Nirringrazzja lil dak ir-raġel li waqaf fuq ic-centre strip u beda jċempel għall-għajnuna (jaħdem lejn Wied is-Sewda).
Grazzi lix-xufier tat-trakk li malli raha tielgħa kontra t-traffiku tefa it-trakk biex jagħlaq l-aċċess u niżel jgħini naqbadha.
Grazzi lil dak li għadda bit-tow truck u niżel jara għandniex bżonn għajnuna.
Grazzi kbira lill-Pulizija tal-Imrieħel li ġew fi ftit minuti u baqgħu hemm ta’ għajnuna.
Grazzi ukoll lill-Uffiċċjali tal-Animal Welfare li wkoll ġew fi ftit ħin u kkuntattjaw lis-sid biex seta’ jiġi jiġborha”, kitbet il-mara.